Postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu għall-etajiet kollha
Dwar din il-gwida elettronika
XMerħba!
Mal-Ewropa kollha, qiegħed jikber il-proporzjon ta' nies aktar anzjani fil-popolazzjoni, in-nies qed ikollhom jaħdmu għal aktar żmien, u l-età medja tal-ħaddiema qiegħda tiżdied. Huwa għalhekk importanti li:
- Jinħolqu postijiet tax-xogħol siguri u ħielsa mill-periklu għall-ħaddiema tal-etajiet kollha.
- Jiġi aċċertat li n-nies jistgħu jaslu fit-tmiem tal-karriera tax-xogħol tagħhom f'saħħa tajba.
Din il-gwida elettronika tipprovdi informazzjoni prattika, suġġerimenti u eżempji relatati mal-anzjanità tal-forza tax-xogħol u l-opportunitajiet li dan jippreżenta. Turi wkoll kif l-isfidi relatati mal-età jistgħu jiġu indirizzati fuq il-post tax-xogħol.
Il-kontenut tal-gwida elettronika tfassal apposta għal erba' udjenzi differenti: għal min iħaddem, għall-ħaddiema, għall-maniġers tar-Riżorsi Umani u għall-professjonisti fil-qasam tas-Saħħa u s-Sigurtà Okkupazzjonali (inkluż, għall-fini ta' din il-gwida elettronika, rappreżentanti tal-ħaddiema, rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà u spetturi tax-xogħol). Matul il-gwida elettronika tkun tista' taqleb minn profil għal ieħor.
Dan huwa tutorial qasir li jgħinek tinnaviga fil-websajt. Int timpjega lil xi ħadd, ħaddiem/a, maniġer tar-Riżorsi Umani jew professjonista tas-Saħħa u s-Sigurtà Okkupazzjonali? F'din il-paġna tista' tagħżel il-profil tiegħek.
Il-gwida elettronika hija bbażata fuq erba' temi. Meta tikklikkja fuq "+", tista' ssir taf aktar dwar is-suġġetti indirizzati f'kull tema, u meta tikklikkja fuq "aqra", tidħol f'tema.
Kull tema tindirizza mistoqsijiet u kwistjonijiet differenti relatati mas-suġġett tagħha. Ikklikkja fuq is-suġġetti tal-menù biex issir taf aktar dwar kwistjoni speċifika.
Tista' tmur minn mistoqsija għal oħra billi tikklikkja fuq "li jmiss" jew "preċedenti". Il-buttuna lura tieħdok lura fil-paġna fejn hemm il-lista tat-temi kollha,
Meta tikklikkja fuq "Temi" tmur lura fil-paġna fejn hemm il-lista tat-tem kollhai.
Jekk tixtieq taqleb il-profil, ikklikkja fuq id-dropdown menu fir-rokna leminija ta' fuq nett. Hawn tista' wkoll tfittex informazzjoni speċifika permezz tal-funzjoni search.
Fil-menù ta' fuq nett, tista' tikklikkja fuq "Prassi tajba" biex taqra dwar eżempji ta' proġetti u inizjattivi rilevanti. "Riżorsi utli" tagħtik link għall-glossarju u riżorsi utli oħrajn. Tista' tittestja l-għarfien tiegħek dwar l-anzjanità u x-xogħol billi tikklikkja fuq l-aħħar suġġett tal-menù.
Il-paġna "Dwar din il-gwida elettronika" tagħtik aktar informazzjoni dwar il-gwida elettronika u min żviluppaha.
Fl-aħħar nett, meta tikklikkja fuq l-icon tal-"paġna ewlenija", tmur lura għall-paġna ewlenija ta' din il-gwida elettronika.
Dan huwa t-tmiem tat-tour; nittamaw li se tieħu gost taqra din il-gwida elettronika!