Prassi tajba
Promozzjoni tas-saħħa għal ħaddiema tal-etajiet kollha
Kumpanija multinazzjonali kbira tat bidu għal programm għall-promozzjoni tas-saħħa biex jinħolqu postijiet tax-xogħol b'livelli ta' saħħa aħjar għall-etajiet kollha. Għarfet li l-ħaddiema kienu mmotivati b'affarijiet differenti u ppjanat li toħloq programm b'xi ħaġa għal kulħadd.
Il-kumpanija fasslet programm biex jiifoka fuq it-temi ewlenin tan-nutrizzjoni, l-attività fiżika u l-istress. Fl-istess ħin, xtaqet li l-programm ikun flessibbli kemm jista' jkun possibbli biex jappella għall-usa' firxa ta' ħaddiema. It-taħditiet u l-eżamijiet tas-saħħa kienu attraenti l-aktar għall-ħaddiema anzjani, filwaqt li l-kollegi aktar żgħażagħ pparteċipaw aktar permezz ta' għodod u apps li għenuhom isegwi l-abitudnijiet tagħhom fir-rigward ta' ikel san jew eżerċizzji.
Il-programm irnexxa sew biex tiżdied kuxjenza dwar stili ta' ħajja sani u biex itejjeb il-livelli tal-kundizzjoni fiżika. Dan wassal biex jiġi rrappurtat inqas stress. Ġew issettjati għanijiet ċari li jistgħu jitkejlu, kemm għall-individwi kif ukoll għal kull sit tax-xogħol, filwaqt li ġiet introdotta wkoll kompetizzjoni aktar sana!