Prassi tajba
Politiki biex titnaqqas l-assenza minħabba mard u d-diżabbiltà
Kumpanija tas-servizzi tal-ajruporti għandha 500 impjegat, fejn nofshom jaħdmu bix-xift. Fi snin riċenti, il-kumpanija identifikat problema dejjem tikber fejn tidħol l-assenza minħabba mard u bid- okkupazzjonali. Tat bidu għal programm biex itejjeb il-saħħa ġenerali u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema billi ħadet ħarset lejn il-kwalità tal-ħajja fit-tul.
Minħabba l-ispejjeż sinifikanti assoċjati mal-assenza minħabba mard, il-maniġment xtaq itejjeb s-saħħa ġenerali. Għaraf li l-bidla kellha sseħħ kemm minn kumpanija li tagħti l-appoġġ kif ukoll mill-ħaddiema nfushom. Il-kumpanija involviet lill-ogħla livell ta’ maniġment u l-ħaddiema biex b'mod konġunt joħolqu pjan li kellu fil-mira bidliet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll fl-istil tal-ħajja. Għal ħaddiema li kellhom aktar minn 55 sena, ġie offrut
Permezz tax-xogħol flessibbli, il-ħtiġijiet individwali u tal-organizzazzjoni jkunu jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' bidliet fil-ħin (meta), il-lokalità (fejn) u l-manjiera (kif) ta' kif jaħdem impjegat. (Sors)
, ħin liberu addizzjonali biex jirkupraw bejn ix-xiftijiet u trasferiment/taħriġ mill-ġdid. Barra dan, fuq il-post tax-xogħol sar monitoraġġ tas-saħħa u seminars relatati mat-tema.Il-maniġment ġie mħarreġ ukoll biex jittrattaw kwistjonijiet ma' ħaddiema li jokkupaw l-ogħla gradi. Il-programm naqqas l-assenza minħabba mard u n-numru ta' ħaddiema b'dijanjosi ta'
Ħaddiem diżabbli huwa ħaddiem b'indebolimenti fiżiċi jew mentali li jistgħu jxekklu l-prestazzjoni tax-xogħol. Ħaddiema diżabbli jinkludu persuni b'kundizzjonijiet kroniċi, għal tul ta’ żmien jew anki li jiżviluppaw maż-żmien. (Sors)
okkupazzjonali, kif ukoll żied l-età tal-irtirar bi tliet snin. Dawn kienu marbuta ma' persentaġġ ta’ 90% fejn għandu x’jaqsam is-sodisfazzjon tal-ħaddiema.