Kont taf...?
Għal kull sena addizzjonali ta' edukazzjoni, ir-riskju ta' demenzja jonqos bi 11%.
Brayne, Ince, Keage, McKeith, Matthews, Polvikoski & Sulvaka (2010) - Education, the brain and dementia: neuroprotection or compensation? (URL)
Pablo Casals, li huwa magħruf bħala l-akbar ċellista fid-dinja, ipprattika dan l-istrument għal erba' jew ħames sigħat kuljum anke meta kellu 90 sena. Meta ġie mistoqsi għaliex kien għadu jipprattika anke f'dik l-età, huwa wieġeb, "Għaliex naħseb li qed nagħmel xi progress."
Fl-età ta' 71 sena, Katsusuke Yanagisawa, għalliem Ġappuniż irtirat, sar l-aktar persuna anzjana li telgħet il-Muntanja Everest.
L-aktar tabib anzjan li kienu għadu jaħdem kellu 100 sena. Dr Kauromal M. Chandiramani (l-Indja, imwieled fid-9 ta' Mejju 1899) ipprattika bħala tabib f'Bombay għal 75 sena.
Fl-età ta' 52 sena, minkejja l-battalji kontra d-dijabete u l-artrite, Ray Kroc ħadem biex jibni d-ditta McDonald's. Kroc baqa' involut fl-attivitajiet ta' McDonald's sal-mewt tiegħu fl-1984 fl-età ta' 82 sena.
Il-magħruf poeta u kittieb Goethe ħadem tul għomru kollu. Spiċċa l-ktieb famuż tiegħu Faust fl-età ta' 82 sena, l-istess età meta miet.
L-aktar persuna anzjana fid-dinja li rċeviet dottorat hija mara Ġermaniża ta' mija u sentejn.
Stanislaw Kowalski huwa l-aktar atleta anzjan (104 snin) li ġera tellieqa tal-100 m. Ġera 100 m fi 32.79 sekonda fl-2014 f'kompetizzjoni fil-Polonja.
Glanfield (2014) - Runner, 104, sets a new European centenarian record after running 100m I a speedy 32.79 seconds and claims the secret to his fitness is ‘doing everything I want’. (URL)
Fl-età ta' 75 sena, Barbara Hillary mara li rnexxielha tegħleb il-marda tal-kanċer, saret waħda mill-aktar persuni anzjani, u l-ewwel mara Afro-Amerikana, li waslet fil-Pol tat-Tramuntana.
Norman Lloyd huwa attur tal-films ta' Hollywood li għandu 100 sena u l-aktar film riċenti tiegħu ħareġ fl-2015. Ilu jaħdem fl-industrija tal-films għal aktar minn 80 sena.
Meta toqgħod bilqiegħda għal ħames sigħat jew aktar kuljum jista' jkun ħażin għal saħħtek daqs li kieku tpejjep pakkett sigaretti kuljum.
Kull minuta, żewġ persuni fid-dinja jiċċelebraw għeluq is-60 sena tagħhom.
L-Iżvizzera qiegħda fl-ewwel pożizzjoni fil-Global AgeWatch Index. Dan ikejjel ill-livell soċjali u ekonomiku tal-anzjani. Warajha hemm in-Norveġja, l-Iżvezja, il-Ġermanja u l-Kanada.
Fl-età ta' 89 sena, Arthur Rubinstein għamel wieħed mill-akbar kunċerti tiegħu f'Carnegie Hall.
F'Lisbona (il-Portugall), jiġu organizzati workshops tal-graffiti għal ċittadini anzjani li għandhom 65 sena jew aktar.
Electronic Platform for Adult Learning in Europe (2015) - Meet the graffiti grannies taking over Lisbon. (URL)
Fauja Singh huwa l-aktar atleta anzjan tal-maratoni, u ġera l-aħħar maratona tiegħu fl-età ta' 101 sena. L-aktar atleta anzjana femminili tal-maratoni għandha 92 sena u spiċċat il-maratona l-aktar riċenti tagħha f'Ġunju 2015.
Hija aktar probabbli li ħaddiema aktar żgħażagħ jkollhom inċident, iżda ħaddiema aktar anzjani jista' jkollhom korrimenti serji u inċidenti fatali.
Bħalissa hemm erba' persuni fl-età tax-xogħol fl-UE għal kull persuna li għandha aktar minn 65 sena. Sal-2060, se jkun hemm biss tnejn.
Sal-2080, 12.3% tal-popolazzjoni totali tal-UE se jkollha 80 sena u aktar, meta mqabbla mal-5.1% fl-2014.
Eurostat (2015) - Population structure by major age groups, EU28, 2014-80 (% of total population). (URL)
L-Italja għanda l-akbar proporzjoni ta' persuni li għandhom aktar minn 65 sena fl-Ewropa (21.4% fl-2014), segwita mill-Ġermanja (20.8%), u l-Greċja (20.5%). Barra minn hekk, l-Italja hija l-pajjiż fejn l-anzjanita’ qed tizdied l-aktar malajr fl-UE.
Fl-età ta' 88 sena, Michelangelo ħoloq il-pjanti arkitetturali għall-Knisja ta' Santa Maria degli Angeli f'Ruma.
Fl-Ewropa, it-tul ta’ ħajja mistenni mat-twelid bħalissa hija l-ogħla fi Spanja (83.2 sena), l-Italja (82.9 sena) u Ċipru (82.5 sena). F'Malta, in-nies jistgħu jistennew li jqattgħu l-akbar parti ta' ħajjithom f'saħħa tajba (72.7 sena għan-nisa u 71.6 sena għall-irġiel).
Sal-2060, il-parti tal-popolazzjoni tal-UE li se tkun qed tikber bl-aktar pass mgħaġġel se jkun il-grupp tal-età ta' aktar minn 80 sena.
Għalkemm xi wħud mill-varjazzjonijiet fis-saħħa ta' persuni aktar anzjani jirriflettu l-wirt ġenetiku tagħhom, ħafna minnhom huma dovuti għall-ambjenti fiżiċi u soċjali tagħhom, u l-influwenza li dawn l-ambjenti jkollhom fuq l-opportunitajiet u l-imġiba tas-saħħa tagħhom (dieta, attività fiżika, tipjip, konsum ta' alkoħol).
L-avvanz bijoloġiku fl-età huwa assoċjat biss b'mod laxk man-numru ta’ snin li għandha persuna. Xi persuni ta' 80 sena għandhom kapaċitajiet fiżiċi u mentali simili għal bosta persuni ta' 20 sena.
Il-ħiliet konjittivi, bħall-intelliġenza, l-għarfien, il-lingwa u ħiliet għas-soluzzjoni ta' problemi komplessi x'aktarx li jiżdiedu sal-età ta' 60.
Health and Safety Laboratory (2011) - An update of the literature on age and employment. (URL)
Madwar 60% tal-persuni li għandhom aktar minn 50 sena jħossuhom f'kundizzjoni fiżika tajba bħalma dejjem kienu.
Equality and Human Rights Commission (2010) - Working better. The over 50s, the new work generation. (URL)
Kważi 1 minn kull 5 ħaddiema li għandhom aktar minn 50 sena ma jemmnux li jistgħu jagħmlu l-istess xogħol meta jkollhom 60 sena.
European Working Conditions Survey (2010) - Q75: ‘Do you think you will be able to do your current job when you are 60 years old? (URL)
L-aktar affarijiet diffiċli li jridu jaffaċċjaw il-ħaddiema li għandhom aktar minn 55 sena fl-Ewropa huma l-esklużjoni minn taħriġ, sterjotipar negattiv fost il-kollegi aktar żgħażagħ, u nuqqas ta' opportunitajiet għal irtirar gradwali.
Matul il-50 sena li ġejjin, il-popolazzjoni Ewropea fl-età tax-xogħol hija mistennija li tonqos bi kważi 42 miljun (li hija ekwivalenti għal kważi l-popolazzjoni sħiħa ta' Spanja).
European Commission (2014) - Population ageing in Europe: facts, implications and policies. (URL)
FL-2014, l-ogħla rati ta' impjieg ta' persuni fl-età bejn 55 u 64 sena fl-UE jinstabu fl-Iżvezja (74.0%), segwita mill-Ġermanja (65.5%) u l-Estonja (64.0%).
Eurostat (2015) - Employment rate of people ages 20 to 64 in the EU up to 69.2% in 2014. (URL)