Postijiet tax-xogħol ħielsa mill-periklu għall-etajiet kollha
Dwar din il-gwida elettronika
XMerħba!
Mal-Ewropa kollha, qiegħed jikber il-proporzjon ta' nies aktar anzjani fil-popolazzjoni, in-nies qed ikollhom jaħdmu għal aktar żmien, u l-età medja tal-ħaddiema qiegħda tiżdied. Huwa għalhekk importanti li:
- Jinħolqu postijiet tax-xogħol siguri u ħielsa mill-periklu għall-ħaddiema tal-etajiet kollha.
- Jiġi aċċertat li n-nies jistgħu jaslu fit-tmiem tal-karriera tax-xogħol tagħhom f'saħħa tajba.
Din il-gwida elettronika tipprovdi informazzjoni prattika, suġġerimenti u eżempji relatati mal-anzjanità tal-forza tax-xogħol u l-opportunitajiet li dan jippreżenta. Turi wkoll kif l-isfidi relatati mal-età jistgħu jiġu indirizzati fuq il-post tax-xogħol.
Il-kontenut tal-gwida elettronika tfassal apposta għal erba' udjenzi differenti: għal min iħaddem, għall-ħaddiema, għall-maniġers tar-Riżorsi Umani u għall-professjonisti fil-qasam tas-Saħħa u s-Sigurtà Okkupazzjonali (inkluż, għall-fini ta' din il-gwida elettronika, rappreżentanti tal-ħaddiema, rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà u spetturi tax-xogħol). Matul il-gwida elettronika tkun tista' taqleb minn profil għal ieħor.